Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li m’għandux ikun ikkunsidrat li pajjiżna jkollu xi referendum dwar is-sħubija jew il-ftehim mal-Unjoni Ewropea: “Jien mhux ser inħalli li jkollna xi ħadd f’pajjiżna li jagħmel referendum biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Jien mhux se nħalli lill-pajjiżi jagħmel suwiċidju.”
“Se nipproteġi lil pajjiżi,” qal il-Prim Ministru f’dikjarazzjoni ċara li għamel fil-Berġa ta’ Kastilja.
Tenna li ħadd m’għandu jaħseb f’din il-linja minħabba popoliżmu jew gwadann ta’ xi mument. Għal darba tnejn, b’ton determinat, tenna li mhu se jħalli lil ħadd jagħmel dan.
“Anke pajjiż kbir bħar-Renju Unit ħa xokk, aħseb u ara pajjiż bħal Malta,” tenna l-Prim Ministru li fisser kif referendum ta’ dan it-tip f’Malta jipperikola l-impjiegi.