Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat kien responsabbli mit-tmexxija ta’ sessjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-migrazzjoni. Hawn wassal messaġġ li traffikanti tal-immigranti għandhom jiffaċjaw il-ġudizzju ta’ qrati internazzjonali.
Il-parteċipazzjoni tal-Prim Ministru kompliet tkun xhieda ta’ kemm il-migrazzjoni hija priorità fil-politika barranija ta’ Malta – pajjiż li minn dejjem wera r-rieda li jkun protagonist. Rieda li attirat summits importanti bħal dak li sar fil-Belt Valletta f’Novembru tas-sena li għaddiet. Malta kienet minn ta’ quddiem li saħqet dwar il-bżonn ta’ għaqda fil-mod li bih tkun inidirizzata l-immigrazzjoni illegali. Leħen Malta dwar l-immigrazzjoni fil-Mediterran eventwalment sar ukoll leħen pajjiżi oħra, li llum huma wkoll għandhom dan is-suġġett bħala priorità fl-aġenda tagħhom.