Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat irringrazzja lil dawk miġbura għall-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista, tas-solidarjetà li ntweriet mal-familja Muscat f’dawn is-sigħat.
Qal li qabel mar għal Xarabank, ma ħasx li kellu bżonn jipprepara wisq għax kien se jitkellem fuq il-verità kontra l-gideb. Qal li mhux se jkun dibattitu, imma se jħares lejn il-poplu Malti u jgħidlu l-affarijiet kif inhuma.
Il-Prim Ministru qal li s-saħħa u l-enerġija li qed iħoss illum qed ikunu implimentati. Qal li llum ħarġet aħbar li ftit innotaw. Fi kliem il-Prim Ministru “hija aħbar li lili tagħtini raġuni oħra għaliex ninsab fil-politika”.
Meta fl-2013 din l-amministrazzjoni telgħat fil-Gvern bil-fiduċja tal-poplu, wirtet 39,000 persuna li jgħixu f’deprivazzjoni materjali. Dawn kienu jgħixu f’faqar kważi estrem. Illum ħarġet il-konferma mingħajr ma jitqies il-baġit ta’ din is-sena, il-faqar niżel bin-nofs għal tliet snin, għal 19-il elf persuna.
Allura l-Prim Ministru qal li din hi r-raġuni għala nħoloq il-moviment, biex il-ġid jasal għand kulħadd, biex ħadd ma jibqa’ lura, biex jiġi l-progress soċjali għal kull waħda minn dawk il-persuni li ġew salvati mill-faqar…tfal, anzjani li llum qed jgħixu ħajja aħjar.
“Jistħu jiġu l-attakki u l-gideb…is-saħħa tagħna tinsab fil-verità u fir-riżultati…fis-serenità, fil-progress soċjali li ġibna dan il-pajjiż. Grazzi tal-aħħoġġ u se nkomplu mexjin ‘il quddiem. Se nagħmlu aktar suċċess” temm jgħid il-Prim Ministru.