Illum ngħata bidu għall-Valletta Green Festival dan hekk kif fl-aħħar jiem tħabbar li bejn il-25 u t-30 ta’ April, Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta nagħatat dehera mill-isbaħ permezz ta’ tapit ta’ fjuri magħmul minn 80,000 pjanta.
Installazzjoni magħmula mill-fjuri li mingħajr ma trid ikollok tieqaf u tammira din l-arti mhux tas-soltu, li fl-aħħar mill-aħħar ikollna ċans li ngawduha għal ftit jiem darba fis-sena. L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Valletta Green Festival qed tagħti aktar kulur lill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Iċ-Chairman ta’ Valletta 2018, fisser kif fi tmiem din il-ġimgħa, ser tingħata togħma tajba u effettiva tal-ġmiel li jeżisti taħt l-art fil-Belt Valletta fejn għall-ewwel darba f’erba’ mitt sena l-pubbliku ser ikollu aċċess għal taħt l-art.
Dan minbarra attivitajiet oħra ta’ divertiment kontinwu u interattiv.
Min-naħa tiegħu, s-sindku tal-Belt Valletta qal li din is-sena ser isir dibattitu fuq l-ilma u x’qed isir biex nipproteġu din ir-riżorsa.
Peter Calamatta, li huwa c-Chairman tal-Environmental Landscape Consortium qal li biex saret l-infjorata, il-ħaddiema ħadmu fis-skiet tal-lejl fil-Belt Valletta biex mid-disgħa ta’ filgħaxija sat-tlieta u nofs ta’ filgħodu rnexxielhom jagħmlu l-infjorata.
Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera fakkar kif il-Gvern ta’ għotja ta’ tletin elf ewro lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta biex ikompli jħaddar l-belt kapitali Maltija.