Dan ir-ritratt mibgħut lilna minn qarrej juri sitwazzjoni kemxejn inkwetanti: trakk mgħobbi b’tali mod li jista’ jkun ta’ periklu f’każ li jieqaf ħesrem jew li jieħu liwja. Din hija t-triq li twassal l-Mtarfa minn Ta’ Qali.
Mhux ċar eżatt biex inhu mgħobbi, madanakollu tidher li hija xi ħaġa kważi d-daqs tat-trakk innifsu.