Pendent tad-deheb rari mis-sitt seklu magħmul minn munita ta’ żmien il-Biżantini nstab minn persuna li beda jfittex b’apparat li jsib il-ħadid, 1,500 sena wara li nħolqot.
Il-munita għandha stampa tal-Imperatur Justinian u hu maħsub li nħolqot f’Constantinople, li issa hu magħruf bħala Istanbul fit-Turkija.
Il-munita forma ta’ pendendt nstabet minn Godfrey Pratt f’għalqa qrib Attleborough f’Norfolk.
Pratt qall li mhux l-ewwel darba li għamel sejba interessanti iżda l-ebda waħda ma kellha x’taqsam ma’ din.
Hu nforma lil Norfolk Historic Environment Record u l-mużew tal-lokal.