Fl-Eġittu seħħet dik meqjusa bħala purċissjoni storika taċ-ċiviltà antika fil-pajjiż.
Mat-tnejn u għoxrin mummja fosthom tmintax-il farawni u erba’ nisa tagħhom ġew trasferiti minn mużew fil-Kajr għall-ieħor, madwar ħames kilometri ’l bogħod.
F’vetturi apposta u taħt sigurtà stretta saret din il-parata bi spettaklu li jfakkar il-kobor taċ-ċiviltà Eġizzjana.
Ramses II, wieħed mill-aktar Farawni meqjus kbir fl-istorja, magħruf għall-istabilità li ġab fir-renju tal-Eġittu, kien fost il-mummji li ġew trasferiti.
L-awtoritajiet Eġizzjani qed jittamaw li l-mużew il-ġdid iddedikat għaċ-Ċiviltà Eġizzjana se jqajjem mill-ġdid it-turiżmu f’dan il-pajjiż suxxetibbli għall-instabilità politika.