Dawn ir-ritratti, meħuda minn Jason Borg mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, laqtuna.
Ittieħdu meta ngħataw training kits ġodda għal tfal u żgħażagħ fi ħdan Special Olympics finanzjati mill-iskema tal-Voluntary Organisations Project Scheme. Din l-iskema hija amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju.
Tfal u żgħażagħ attivi fl-iSpecial Olympics se jgawdu minn training kits ġodda li se jkunu jistgħu jutilizzawhom matul ix-xhur li ġejjin. Fir-ritratti jidher il-ferħ fuq wiċċ dawn it-tfal iżda anke fuq wiċċ dwak kollha parteċipi.
It-training kits kienu ppreżentati lil għexieren ta’ tfal u żgħażagħ mill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli u minn mart il-Prim Ministru Michelle Muscat bħala l-President tal-iSpecial Olympics u Chair tal-Fondazzjoni Marigold.