Kien avveniment sinnifikanti dak li seħħ dalgħodu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, fejn ltaqa’ l-Partit Soċjaljst Ewropew. Politiċi minn madwar l-Ewropa iddiskutew il-futur tal-Unjoni Ewropea u l-migrazzjoni b’mod partikolari.
Fl-ewwel kummenti mal-midja, il-Kap tal-Politika Barranija tal-Unjoni Ewropea Federica Mogherini qalet li dwar il-migrazzjoni, llum għandu jintlaħaq ftehim dwar drittijiet umanitarji. Anke fil-każ tal-Libja, ħajjet dawk li qed jaħarbu l-kunflitt għandha tkun imħarsa. Saħqet li l-mexxejja għandhom iħarsu lejn il-ħajjiet tal-persuni, mhux biss fuq il-baħar iżda anke fid-deżert u fuq l-art.