Fi stqarrija maħruġa llejla il- Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni kellu l-ikbar opportunità li jgħaddi messaġġ ta’ għaqda nazzjonali. Minflok dan għażel li jintilef f’retorika partiġġjana maħsuba biex tifred lill-poplu f’mument li jitlob ferm iktar responsabbiltà u maturità.
Pajjiżna jixraqlu aħjar. Għax il-ġustizzja ma ssirx bit-tgħajjir u bl-allegazzjonijiet mingħajr bażi. Iżda, b’investigazzjonijiet serji li qegħdin isiru anke bl-għajnuna ta’ forzi tal-ordni barranin. Diskors bħal tal-Kap tal-Oppożizzjoni jagħti pjaċir biss lil min wettaq l-att barbaru li f’dan il-mument l-iktar li jrid hu li jara lill-poplu mifrud u mitluf f’battalja partiġġjana tal-imgħoddi, kompliet tgħid din l-istqarrija.