- MALTA DESKRITTA BĦALA “KAPITALI DINJIJA FL-IGAMING”
- MINN 30 GĦAL 75 ĦADDIEM
Il-kumpanija Multilotto, li ilha topera f’pajjiżna mill-2015, illum ħabbret li se żżid il-ħaddiema minn 30 għal 75. Dan minbarra li se tkun qed tapplika għal erba’ liċenzji oħra biex tespandi l-operat u tkun tista’ tħaddem online casino.
Multi Group, li tagħhom hija Multilotto, għażel li jopera f’Malta minħabba l-qafas regolatorju robust ta’ pajjiżna u l-pożizzjoni internazzjonali ta’ Malta fl-igaming.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Multilotto, Thomas Biro, qal li Malta hija meqjusa kapitali dinjija fl-igaming u spjega li l-operat f’Malta ippermetta aċċess dirett għal kumpaniji oħra.
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri spjega li din it-tip ta’ espansjoni hija riżultat ta’ ħidmet il-Gvern, li huwa lest ikompli jikkollabora mal-istakeholders relevanti, biex kumpaniji bħal Multi Group Ltd u oħrajn mis-settur tal-igaming ikomplu joperaw b’suċċess f’pajjiżna.
Spjega li din l-industrija toħloq opportunitajiet kbar għaż-żgħażagħ, għalhekk tibqa’ b’saħħitha l-ħtieġa ta’ investiment fl-edukazzjoni. B’hekk ikun garantit kapital uman imħarreġ għal din l-industrija tant kreattiva.