Luke Anthony Spiteri, Ingliż ta’ tletin sena ngħata multa ta’ ħames mitt ewro wara li l-Erbgħa nqabad jiffalsifika ċertifikat tal-vaċċin.
Ir-raġel li ġie fuq titjira minn Gatwick preżenta ċertifikat fil-mitjar Malti li apparentament kien ta’ ommu.
Fil-veritá Spiteri għadu mlaqqam biss bl-ewwel doża.
Hu wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih li kienu jinkludu li għamel dikjarazzjoni falza u li ffalsifika dokument.