Raġel ta’ 33 sena mir-Rabat, Għawdex spiċċa bil-liċenzja tas-sewqan sospiża għal sitt xhur u weħel multa ta’ €1,820.
Dan wara li fi-Qorti ammetta li fl-aħħar tas-sena darab gravi lil passiġġier li kellu miegħu fil-karozza, wara li nqaleb biha fin-Nadur.
Il-każ seħħ meta kien għaddej minn Triq ir-Rabat għall-ħabta ta’ nofsillejl u tilef il-kontroll tal-karozza.
Fil-karozza kien hemm miegħu żewġ żgħażagħ, li wieħed minnhom weġġa’ gravi.
L-imputat ammetta għall-akkużi li weġġa’ gravi lill-passiġġier li kien hemm miegħu fil-karozza u anke li saq b’mod perikoluż.