Miloud Elforjan ta’ disgħa u tletin sena ġie mmultat ħames mitt ewro wara li ċempel lill-eks sieħba tiegħu mill-ħabs ta’ Kordin u kiser ordni tal-Qorti li kienet ipprojbixxietu milli jikommunika magħha.
Ir-raġel, imwieled fi Tripli, kien inżamm taħt arrest preventiv f’Novembru li għadda wara li wieġeb mhux ħati meta ġie akkużat bl-attentat ta’ qtil tal-eks sieħba tiegħu wara li allegatament taha diversi daqqiet ta’ sikkina.
Waqt li kkonfermat li r-raġel għandu bżonn l-għajnuna, il-Qorti ħarġet ordni ta’ trattament validu għal sena, filwaqt li saħqet li l-ordni ta’ protezzjoni fil-każ tal-eks sieħba tal-akkużat għadha fis-seħħ.