Albaniż li ġie Malta biex jaħdem fil-kostruzzjoni ngħata multa ta’ €900 wara li ammetta li ġie b’ċertifikat tal-vaċċin falz.
Il-Prosekuzzjoni qalet kif il-każ seħħ il-Ħadd li għadda, meta l-Pulizija ġew infurmati mill-uffiċjali tas-saħħa fl-Ajruport, li l-imputat wasal f’pajjiżna b’ċertifikat tal-vaċċin fuq isem ta’ mara.
Fil-Qorti ntqal kif l-imputat ħa biss doża waħda tal-vaċċin u allura ma jistax ikollu ċertifikat.