Raġel ġie mmultat €850, wara li nstabu seba’ grammi kannabis fil-pussess tiegħu, hekk kif wasal Malta minn Sqallija.
Sebastino Fonte ta’ 41 sena nqabad bid-droga, hekk kif il-pulizija kienet qed tagħmel xi tfittxijiet ta’ rutina.
Dalgħodu fil-Qorti hu affaċċja l-akkużi li importa seba’ grammi kannabis u l-fatt li fuqu kellu nstabet id-droga.
Ir-raġel ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Id-Difiża kienet immexxija mill-avukat Joseph Bonnici.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti mmultat lill-akkużat €850 u qalet li l-multa għandha titħallas b’mod immedjat.