Jehat Ziyanak ta’ 25 sena mid-Danimarka ngħata sentenza sospiża wara li nstab ħati li fil-lejl ta bejn nhar is-Sibt u l-Ħadd aggredixxa żewġ uffiċjali.
Ziyanak, ġie akkużat li attakka bi vjolenza żewġ uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu wara li ma kienx liebes maskra.
Huwa wieġeb ħati għal xi akkużi fil-konfront tiegħu, iżda stqarr li mhux ħati għal akkużi li kellu intenzjoni li joqtol liż-żewġ uffiċjali.
Kien hawn li l-Prosekuzzjoni rtirat din l-akkuża.
Il-Qorti kkundannatu sena ħabs sospiżi għal tliet snin u ordnatlu li jħallas multa ta’ sebat elef ewro.