Astrain Moreno Ines ta’ tmienja u għoxrin sena minn Spanja ngħatat multa ta’ €600 wara li amettiet li pruvat titlaq minn Malta b’ċertifikat tal-vaċċin kontra l-COVID-19 ta’ persuna oħra.
Fil-Qorti ntqal kif l-imputata kkollaborat mal-awtoritajiet, u ammettiet għall-akkużi tagħha minnufih.