Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat multa ta’ €4,000 fil-konfront ta’ Ibrahim Al Yassin wara li ħaddem persuni li ma kienux liċenzjati biex jaħdmu, bla permess. Dan filwaqt li ma pprovdiex it-tagħmir adekwat ta’ protezzjoni lill-ħaddiema li ħaddem.
Mill-provi ħareġ li waqt spezzjoni fuq is-sit, l-uffiċjali tal-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol sabu żewġ ħaddiema li kienu qed jagħmlu xi kisi, li ma kinux liebsa safety shoes u li wkoll kienu bla dokumenti.
L-Imħallef Neville Camilleri, saħaq li l-kuntratturi għandhom ikunu jafu l-obbligi legali tagħhom tas-saħħa u sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol.
Għaldaqstant, it-talba tal-appell tal-akkużat ġiet miċħuda u għalhekk Ibrahim Al Yassin weħel €4,000.