Janine Voigt, mara ġermaniża ta’ tmienja u tlettin sena ingħatat sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn u multa ta’ €4,000 wara li ammettiet li feriet ħafif lill-uffiċjal tal-Pulizija u rreżistiet għall-arrest.
Il-każ seħħ il-bieraħ f’ħanut tax-xorb f’San Ġiljan fejn Voigt ġiet avviċinata mill-Pulizija wara dawn allegatament rawha tpejjep fl-istess stabbiliment.
Ta’ dan hija ġiet immultata erbat elf ewro. Il-Qorti kienet preseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale.
Intant, permezz ta’ Facebook, il-President tal-Police Officers’ Union – General Workers Union l-Ispettur Sandro Camilleri kkundanna dan l-aġir li sar fuq membru tal-POU-GWU, Claire Amato li sofriet ġrieħi wara li ġiet attakkata.
L-Ispettur sostna li hi għandha l-appoġġ mistħoqq.