Mark Camilleri, direttur ta’ kumpanija tas-sajd, ġie mmultat €4,000 talli ħalla waħda mill-bastimenti tal-kumpanija tbaħħar taħt il-kmand ta’ kaptan mhux awtorizzat.
Dan tal-aħħar, l-Eġizzjan Samy Ibrahim Elhammar ta’ 41 sena, kien immultat €3,000. Id-direttur ta’ Global Fish Limited tressaq il-Qorti mal-kaptan Eġizzjan Samy Ibrahim Elhammar.
L-ispettur spjega li d-Dipartiment tas-Sajd innota numru ta’ irregolaritajiet oħra. Filfatt, il-vapur Dolorezita ma kienx immarkat fuq in-naħa tal-poppa, u x-xibka tiegħu ma kinitx immarkata bin-numru tal-bastiment.
Għaldaqstant kellu jinġeb lura Malta. Fost diversi akkużi, il-Kaptan Eġizzjan ġie mixli li naqas milli jirrispetta l-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet relatati mal-identifikazzjoni tal-bastiment tas-sajd.
Lil’hinn mill-multi imposti fuq Camilleri u Elhammar, il-Qorti m’ordnatx il-konfiska tal-bastiment.