Franċiż ta’ 21 sena ngħata multa ta’ €2,500 wara li ammetta li waddab żewġt iqtates fil-baħar f’San Ġiljan.
Brieux Reungoat ammetta li kkawża tbatija li ma kinitx neċessarja lil żewġt iqtates meta waddabhom fil-baħar f’San Ġiljan.
Il-Qorti semgħet kif kienu żewġ uffiċjali tal-komunità li salvaw liż-żewġt iqtates u għamlu rapport dwar il-każ.
Meta ġiet biex tagħti s-sentenza, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, qalet li mġieba bħal din hi waħda li m’għandha qatt tiġi aċċettata b’mod partikolari fuq annimali li huma innoċenti.
Spjegat dwar kif wieħed jittratta lill-annimali sservi bħala mera dwar kif wieħed lest jaġixxi fis-soċjetà.