Sergio Borg ġie mmultat €20,000 u ġie pprojbit milli jkollu liċenzja tal-klieb wara li ammetta fil-Qorti li żamm il-klieb u l-fniek tiegħu f’kundizzjonijiet ħżiena.
Borg, ta’ 41 sena ġie akkużat li iktar kmieni dan ix-xahar nstabu disat iklieb u numru ta’ fniek fir-razzett tiegħu fl-Imqabba, f’kundizzjoniet ħżiena u mhux iġjeniċi kif ukoll instabu fi stat ta’ saħħa ħażina.
F’Ottubru li għadda Borg kien ikkundannat 15-il xahar ħabs effettivi wara li nstab ħati li ħalla numru ta’ annimali fir-razzett tiegħu jgħixu bil-ġuħ u fil-ħmieġ tagħhom stess għal tliet xhur sħaħ.