Żewġ żgħażagħ ta’ tlieta u għoxrin sena – wieħed mill-Irlanda u l-ieħor mill-Ingilterra, ġew immultati elf u ħames mitt ewro kull wieħed.
Dan wara li tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia, akkużati li llum telgħu fuq ajruplan fi stat ta’ sakra, li tellfu l-ekwipaġġ tal-ajruplan milli jaqdu dmirijiethom, u li kisru l-paċi pubblika fost l-oħrajn.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Silvio Magro.