Żewġ studenti li kkaġunaw nirien kbar fil-foresti fir-reġjun ta’ Como fl-Italja, weħlu multa ta’ aktar minn €13-il miljun kull wieħed.
Il-każ seħħ fl-aħħar tas-sena li għaddiet, meta ż-żgħażagħ irġiel ta’ tnejn u għoxrin sena kienu qed jagħmlu barbecue f’dar f’foresta tan-nannu ta’ wieħed minnhom.
Din is-somma kbira għaż-żewġ studenti ġiet maħduma minn uffiċjali lokali bbażata fuq fatturi li ddeterminaw il-ħsara li saret minħabba n-nirien.