Il-kaptana taż-żewġ dgħajjes Tuneżini li ġew interċetati mill-Forzi Armati ta’ Malta l-Ħadd li għadda, ingħataw multa ta’ €10,000.
Fil-Qorti intqal kif iż-żewġ kaptana ma segwewx l-ordnijiet li bdew jingħataw mill-Armata Maltija.
Iż-żewġ dgħajjes ġew interċettati mill-Forzi Armati ta’ Malta u ttieħdu fil-Port il-Kbir għall-aktar investigazzjonijiet.
Intqal kif ma nstabu l-ebda armi abbord, waqt li rapporti qalu li fid-dgħajjes instabu ’l fuq minn 250 kilogramma ta’ lampuki.
Il-kaptana wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
L-akkużati se jinżammu fuq id-dgħajjes tagħhom, sakemm iħallsu l-multa.