Ayoub Mohammed Abdulahi ta’ 23 sena u Ahmad Jihad Jibreek Qundil ta’ 22 sena ġew immultati disa’ €100 kull wieħed wara li ammettew li waslu Malta b’ċertifikat falz tal-Covid-19.
Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, il-Prosekuzzjoni spjegat li kienet infurmata mid-Dwana fl-Ajruport li żgħażagħ kellhom ċertifikat elettroniku tal-Covid-19 li kien fuq isem ħaddieħor u mbagħbas minnhom.
L-Avukat tal-Għajnuna Legali Christopher Chircop talab lill-Qorti biex jekk jista’ jkun ma jingħatawx sentenza sospiża, minħabba li din tista’ tkun ta’ dannu għall-kondotta tagħhom.