Serba ta’ 34 sena li toqgħod Ħal Għargħur ammettiet li kellha fil-pussess tagħha balla bil-munizzjon waqt li kienet se titla’ fuq ajruplan.
Hi kienet mixlija li ġarret munizzjon projbit u mingħajr liċenzja.
Fil-Qorti l-prosekuzzjoni rrakkontat li l-balla kienet fil-kartiera.
Dan filwaqt li l-imputata qalet li din il-balla għandha valur sentimentali għaliha u tqisha bħala lucky charm.
Hi stqarret li jiddispjaċiha u li tifhem kemm hi serja s-sitwazzjoni li titla’ b’balla fuq ajruplan.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet lill-akkużata li kienet fortunata u wissietha li messha neħħiet il-munizzjon mill-balla jekk verament xtaqet li żżommha.
Għaldaqstant, l-akkużata ġiet ordnata tħallas multa ta’ 700 ewro fi tliet xhur filwaqt li ordnat li tinqered il-balla.