Raġel li nstab ħati li ma ħallasx il-manteniment kellu s-sentenza tiegħu mibdula minn waħda ta’ priġunerija effettiva għal waħda ta’ multa.
Fl-istadju tal-appell, il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera intqal kif ir-raġel naqas milli jħallas il-manteniment lil martu f’Awwissu u f’Settembru tal-2018.
Intqal kif Alsaied Ali Zawia jaħdem bħala għassies fil-Moskea u għal xi żmien ma kienx qed jirċievi l-paga.
Minkejja dan ta xi flus lil martu iżda naqas iħallas dak kollu dovut.
Minflok, il-Qorti tal-Appell ordnat li r-raġel iħallas multa ta’ mija u ħamsin ewro filwaqt li l-Imħallef aċċennat li bl-ebd mod mhi tikoraġġixi biex xi ħadd jinjora l-obbligi tal-ħlas tal-manteniment.