Ġurnalisti tal-isport internazzjonali ġralhom bħal ġurnalista tagħna Nicole Buttigieg. L-attakkant internazzjonali ta’ Bayern Munich, Thomas Müller, bħalissa jinsab xi ftit taħt pressjoni għax qed jingħad li fil-pjan ta’ Carlo Ancellotti, il-kowċ ta’ Bayern Munich, m’hemmx postu.
Naturalment il-ġurnalisti riedu jistaqsu dwar dan u biex jevitahom Müller ħareġ b’waħda minn tiegħu. Il-plejer, magħruf għaċ-ċajt fid-dressing room tat-tim, ħareġ bil-passaport ma’ widnejh taparsi qed fuq il-mobile.
Dlonk fakkarna f’Simon Busuttil li nhar it-Tnejn uża l-mobile biex prova jevita lill-ġurnalisti. Bil-mobile ma widnejh Busuttil ma tkellem ma’ ħadd u x’hin rifes l-għatba tal-parlament neħħih. Peress li nafu li ġietu ġimgħa ħażina lill-Kap tal-Oppożizzjoni qed inferrħuh billi nqabluħ ma’ champion tad-dinja.
Id-differenza hi li wieħed għamilha b’ċajta u l-ieħor bis-serjetà. Kollox bil-maqlub, insomma.