Il-familja ta’ Muhammad Ali qed tistieden lil kullħadd biex imur jagħti tislima lill-boxer leġġendarju permezz ta’ funeral nhar il-Ġimgħa li ġej.
It-tislima li se tingħata lil Muhammad Ali li miet kawża ta’ infezzjoni u kumplikazzjonijiet oħra f’saħħtu se tingħata fil-post fejn kien jgħix, jiġifieri f’Louisville, f’Kentucky. L-eksPresident Bill Clinton mistenni jsellem liċ-ċampjin tal-boxing permezz ta’ eloġju li se jagħmel fiċ-ċerimonja pubblika. Ali li kellu 74 sena kien qed ibati minn problemi respitratorji u aktar kmieni din il-ġimgħa idaħħal l-isptar f’Arizona.