Min jippoża.
Min jiġbed ir-ritratti u min japprezza xi bini storiku.
Diversi mudelli internazzjonali żaru diversi postijiet fosthom l-kapitali u bħalissa jinsabu għaddejjin bi preparazzjoni sabiex jipparteċipaw fil-konkors Mr Tourism World li se jsir nhar is-Sibt li ġej.
Fi kliemhom, is-sbuħija ta’ Malta tispikka hekk kif żaru wħud mill-ġawhar Maltin, fosthom il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Huma qal ma’ crew ta’ ONE News:
- “Honestly I have never seen so much beauty in my life. Beautiful beaches, beautiful people it is so beautiful here.”
- “Malta is really beautiful. Turkey is loving Malta don’t forget that.”
- “The weather is perfect, the climate is perfect and I really like the city of Valletta it is like really historical we do not have that in Netherlands where I came from so it is perfect. Meeting all the candidates all over the world, you make new friends and I think that is the biggest win you can get.”
- “We are also going to Gozo and Comino I have heard so I am looking forward to that as well.”
Intant l-avveniment ta’ Mr Tourism World huwa ċelebrazzjoni tal-moda, tat-turiżmu u kultura miġjuba flimkien taħt saqaf wieħed u l-organizzatur ta’ dan il-konkors saħaq li huwa ta’ pjaċir għalih li l-mudelli laqgħu b’mod tajjeb il-fatt li dan l-avveniment qed isir f’pajjiżna.
L-Organizzatur, Ivan Gaffiero stqarr: “Inħossni sodisfatt u nħossni kburi li kull fejn qed imorru dawn il-mudelli tant qed jieħdu gost, tant qed japprezzaw is-sbuħija ta’ Malta.”
Ma setax jonqos li nkellmu l-ambaxxatur Malti, Wayne Cassar. Hu qal: “Inħossni kburi ħafna li qed nirrapreżenta lil Malta u nixtieq ngħidilkom biex ittuni s-sapport nhar is-Sibt li ġej.”
F’dan il-konkors se jipparteċipaw erbgħin mudell ġejjin minn pajjiżi differenti.