Wieħed mill-akbar ċelebritajiet popolari fi Myanmar ġie kkundannat għal tliet snin ħabs talli ħa sehem fi protesti wara li l-militar għamel kolp ta’ stat fi Frar li għadda.
Il-mudell u l-attur, Paing Takhon, li għandu miljuni ta’ segwaċi ħa sehem f’dawn il-protesti kontra l-kolp ta’ stat u kien semma’ leħnu u kemm -il darba kritika l-Gvern ta’ Myanmar.
Skont oħtu, hu ġie arrestat wara li kien iċċirkondat minn ħamsin suldat u tmien trakkijiet militari.
Bħalissa l-familja tiegħu qiegħda tikkontempla jekk għandhiex tappella din is-sentenza.
Il-militar ta’ Myanmar ħataf taħt idejh il-pajjiż wara li allega li kien hemm frodi fl-elezzjoni u minn dak iż-żmien, beda b’kampanja brutali ta’ ripressjoni.