Dean Pelic – żgur li mhux isem ġdid għal dawk li għandhom għal qalbhom id-dinja tal-moda jew li jużaw Instagram b’mod regolari.
Dan hekk kif dan il-mudell Kroat għandu mal-47,000 follower fuq Instagram u huwa popolari madwar id-dinja kollha. Dan mhux għax biss huwa mudell internazzjonali iżda għax huwa preżentatur, attur u saħansitra jikteb il-kotba.
Bħalissa Dean jinsab f’pajjiżna, u ma setgħax jonqos li jieħu ritratt mal-ġmiel ta’ baħar Malti, u dan ir-ritratt ukoll għoġob lill-eluf. Pelic għandu ukoll sit li fih jitfa’ blogs dwar il-pajjiżi li jmur fihom u l-moda fost oħrajn.
Biex b’hekk dan il-mudell illum żdied mal-listi ta’ nies popolari li ġew f’pajjiżna u li bir-ritratt tagħhom għamlu reklam sabiħ għal Malta.