Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ma jistax ilaħħaq mad-domanda għad-demm mill-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex, partikularment mill-Isptar Mater Dei. Dan minkejja li tul il-ġimgħa li għaddiet, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa saru mijjiet ta’ donazzjonijiet tad-demm.
Fi stqarrija, s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qal li d-donazzjonijiet tad-demm huma meħtieġa b’mod urġenti. Biex jinġabar ammont kbir ta’ demm ċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa illum ser jibqa’ miftuħ sad-9:00pm.
Importanti li wieħed iġib il-karta tal-identità, jew liċenzja tas-sewqan, inkella passaport Malti u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.
Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb billi wieħed iżur is-sit: www.blood.gov.mt
Wieħed jista’ wkoll iċempel 7930 7307 jew 80074313.