Malta Public Transport se tipprovdi rotot speċjali mill-Belt wara l-kunċert Isle of MTV illejla. Is-servizz speċjali ikopri ż-żoni kollha madwar Malta permezz tar-rotot imsemmija hawn taħt:
Rotta S10 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A2 fil-23:00, 23:45, u 00:30 lejn il-Kalkara u tgħaddi mill-Floriana, l-Blata l-Bajda, l-Marsa, Raħal Ġdid, Għajn Dwieli, l-Isla, Bormla, il-Birgu, u x-Xgħajra.
Rotta S20 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A3 kull 30 minuta bejn 23:00 u 00:30 lejn l-Imsida u tgħaddi mill-Floriana, Tal-Pietà, l-Gżira, l-Imrabat, San Ġwann, Taż-Żwejt, il-Kappara, u Tal-Qroqq.
Rotta S30 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A4 kull 15-il minuta bejn 23:00 u 01:00 lejn Buġibba u għaddi mill-Floriana, Tal-Pietà, l-Imsida, Tal-Qroqq, il-bypass ta’ Birkirkara, Ħal Lija, l-Iklin, Ħal Għargħur, in-Naxxar, il-Mosta, Tarġa Gap, u Burmarrad.
Rotta S40 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A6 fil-23:30, 23:45, u 00:30 lejn Għajn Tuffieħa u tgħaddi mill-Floriana, Tal-Pietà, l-Imsida, Tal-Qroqq, il-Wied ta’ Birkirkara, Ħal Lija, il-Mosta, Tarġa Gap, l-Imġarr, u l-Manikata.
Rotta S41 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A5 kull 15-il minuta bejn 23:00 u 00:30 lejn iċ-Ċirkewwa u tgħaddi mill-Floriana, Tal-Pietà, l-Imsida, Tal-Qroqq, bypass ta’ Birkirkara, Ħal Lija, l-Mosta, Tarġa Gap, Burmarrad, San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija, il-Mellieħa, u l-Għadira.
Rotta S50 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A7 kull 15-il minuta bejn 23:00 u 00:30 lejn Rabat u tgħaddi mill-Floriana, l-Ħamrun, Santa Venera, l-Imrieħel, Ħ’ Attard, Ta’ Qali, is-Saqqajja, ir-Rabat Interchange, l-Imtarfa, ir-Rabat Vjal il-Ħaddiem, u Ħad-Dingli.
Rotta S60 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A8 20 minuta bejn 23:00 u 00:00 bl-aħħar vjaġġ fin-00:30 lejn is-Siġġiewi u tgħaddi mill-Floriana, il-Ħamrun, il-Marsa Park & Ride, Ħal Qormi San Sebastjan, Ħal Qormi San Edwardu, Ħal Qormi Poliklinika, Triq l-Imdina, u Ħaż-Żebbuġ.
Rotta S70 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A9 kull 20 minuta bejn 23:00 u 00:00 bl-aħħar vjaġġ fin-00:30 lejn l-Imqabba u tgħaddi mill-Floriana, l-Blata l-Bajda, il-Marsa, San VInċenz de Paul, Ħal Luqa, Ħal Kirop, Ħal Safi, iż-Żurrieq Xarolla, iż-Żurrieq Blue Grotto, iż-Żurrieq Ċentru, u l-Qrendi.
Rotta S80 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A10 kull 20 minuta bejn 23:00 u 00:40 lejn il-Gudja u tgħaddi mill-FLoriana, l-Blata l-Bajda, il-Marsa Park & Ride, il-Marsa Aldo Moro, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, Bulebel, iż-Żejtun, Bir id-Deheb, Marsaxlokk, Birżebbuġa, u Ħal Għaxaq.
Rotta S90 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfa A11 kull 20 minuta bejn 23:00 u 00:40 lejn Marsaskala u tgħaddi mill-Floriana, l-Blata l-Bajda, il-Marsa, Raħal Ġdid, il-Fgura, Ħaż-Zabbar, u Triq il-Qaliet Marsaskala.
Rotta N13 – Titlaq mill-Venda tal-Belt waqfiet A12 u A13 skont id-domanda lejn Pembroke Park & Ride u tgħaddi mill-Floriana, Tal-Pietà, l-Imsida, il-Gżira, ix-Xatt ta’ Tas-Sliema, Triq it-Torri Tas-Sliema, Spinola, San Ġiljan, u Paceville.