Il-Membru Parlamentari Ukren Oleksiy Goncharenko qal li d-deċiżjoni ta’ Trump li jwaqqaf l-assistenza militari għall-Ukrajna hija waħda katastrofika u li minħabba f’hekk eluf ta’ persuni se jitilfu ħajjithom.
Goncharenko qal li jifhem li wara l-laqgħa diżastrusa ta’ nhar il-Ġimgħa bejn iż-żewġ mexxejja, r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jinsabu f’qagħda kritika iżda l-konsegwenzi se jbatuhom iċ-ċittadini.
Għalhekk f’messaġġ lil Zelensky huwa saħaq li l-President Ukren għandu jagħmel minn kollox sabiex jirranġa s-sitwazzjoni u għalhekk għandu jitlob apoloġija lil Donald Trump.
Mistoqsi jekk Zelensky għandux jirriżenja huwa qal li Zelensky għandu jiddikjara li wara l-gwerra se jsiru l-elezzjonijiet u forsi għandu jikkonsidra li ma jikkontestax.
Sadanittant, il-Kremlin iddeskrieva d-deċiżjoni ta’ Trump li jissospendi l-għajnuna militari għall-Ukrajna bħala l-aqwa kontribuzzjoni lejn il-kawża tal-paċi. Huma qalu li din il-mossa taf tinkoraġġixxi lill-Ukrajna sabiex ifittxu l-paċi għalkemm qal li l-pajjiżi Ewropej żgur se jkunu qed jippruvaw jikkompensaw lill-Ukrajna għal dan it-telf ta’ għajnuna militari.
Aqra aktar: