Il-Membru Parlamentari Ingliż Keith Vaz sab ruħu f’ċentru ta’ kontroversja wara li t-tabloid Sunday Mirror żvelat konversazzjoni tiegħu ma’ eskorta. Konversazzjoni li zvelat kif Vaż li huwa raġel tal-familja, miżżewweġ u missier ta’ żewġt itfal kien juża s-servizzi ta’ żewġ eskorti rġiel.
L-eks Ministru għall-affarijiet Ewropej taħt Tony Blair waqa’ fis-skiet u għadu ma kkumentax jekk hux ser jirreżena mill-kamra tad-deputati anka jekk il-pressjoni fuqu biex jerfa’ r-responsabbilta politika hija waħda kbira.
Il-filmat jimplika ukoll l-użu ta’ droga kokaina għal rikreazzjoni hekk kif Vaż jisntemma jgħid li ma kellux kokaina fuqu izda li kien lest li jħallas lill-eskorta l-ieħor biex jixtriha għalih.