Għadd ta’ mowbajls u kartieri huma fost bosta oġġetti mitlufin li bħalissa qed jinżammu għand il-Pulizija. Permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, il-Korp tal-Pulizija appella lil kull min tilef xi oġġett aktar riċenti biex jagħtu ħarsa lejn il-gazzetta tal-Gvern.
Dan hekk kif fiha hemm għadd ta’ oġġetti li nstabu, min sabhom u meta nstabu.
Fil-lista wieħed jista’ jinnota għadd ta’ mowbajls tad-ditta Apple, diversi kartieri, flus, arloġġi, iPads u bosta oġġetti oħra.
Jekk wieħed mill-oġġetti mitlufa huwa tiegħek, jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Quartermaster Stores bejn it-8:00 ta’ filgħodu u l-16:00 fuq 2294 2267.
Agħfas hawn biex tara l-oġġetti mitlufa.