Il-Malta Mountain Bike Association ospitat it-tellieqa finali taċ-Cisk 0.0 National Point Series tagħha. It-tellieqa, li kienet ġiet posposta minn Marzu minħabba l-maltemp fil-ġurnata, saret nhar il-Ħadd fis-Sannat, Għawdex.
Il-kategorija Elite pprovdiet tellieqa kompettitiva ħafna li rat lir-rebbieħ tal-aħħar tiġrija tas-Serje jiġi deċiż fl-aħħar metru tal-korsa ta’ 25km.
L-atleti tal-Gozo Cycling Club Brandon Sultana u Stefan Scerri, li kienu qedin jikkompetu fit-tagħhom, flimkien ma’ Jason Vella (Agones SFC) ħarġu sparati b’mod mgħaġġel segwiti minn Luke Borg (The Cyclist), Mark Bonnici (Agones SFC) u Mark Zammit (Mosta Cycling Club). Sultana u Bonnici marru fil-vantaġġ sakemm ħabta żgħira fixklu l-isforzi ta’ Bonnici. Minkejja t-tentattiv tad-duo Għawdxi biex jkunu fuq quddiem sa tmiem l-ewwel dawra Luke Borg poġġa ruħu fuq quddiem.
Viċin warajħ kienu Vella u Scerri, dan tal-aħħar mexa fuq quddiem fit-tieni dawra, iżda Borg malajr sab ruħu għal darb’oħra fuq quddiem. It-tellieqa ta’ Borg kienet kontinwament sfidata minn Scerri, li baqa wara Borg sal-aħħar nett. Borg u Scerri spiċċaw kwazi flimkien, iżda Borg ħareġ rebbieħ. Jason Vella segwa fit-tielet post wara li saq wara Borg u Scerri għal ħafna mit-tul tat-tellieqa.
Fil-Kategorija Sport, Etienne Cutajar (Team Greens) kellu rebħa komda fuq Josmar Cutajar, filwaqt li fil-Kategorija 40+ Stephen Grima (A.S.D. GDS Team Competition) rebaħ l-ewwel post quddiem Justin Gauci (Mosta Cycling Club) Il-Kategorija 50+ kienet mirbuħa minn Enrico Brandamante (Agones SFC), filwaqt li l-kategorija tan-Nisa ntrebħet minn Marie Claire Aquilina.
Il-Malta Mountain Bike Association ospitat ukoll tlielaq għaċ-ċiklisti żgħar. Il-Kategorija U12 (Subien) intrebħet mis-sewwieq tat-Tri Gozo Jake Refalo, filwaqt li l-U12 (Bniet) intrebħet minn Nina Debono Curmi (Shamrock Stars). Il-kategorija U15 (Subien u Bniet) intrebħet minn Liam Daly u Zija Fuji it-tnejn li huma jirrappreżentaw Shamrock Stars. Il-kategorija U17 (Subien) intrebħet minn Ryan Gatt ta’ The Cyclist.
B’Ta’ Cenc tkun l-aħħar tellieqa taċ-CISK 0.0 National Point Series, Maurice Formosa ġie ddikjarat rebbieħ globali tas-Serje. Marie Claire Aquilina (Ladies), Etienne Cutajar (Sport), Justin Gauci (40+) u Enrico Brandamante (50+) rebħu l-Kategoriji rispettivi tagħhom għas-Serje ġenerali.
Fis-serje taż-żgħażagħ, ir-rebbieħa ġenerali kienu (U12 Subien u Bniet) Julian Bugeja u Nina Debono, U15 (Subien u Bniet) Liam Daly u Zija Fuji. Il-kategorija tas-Subien U17 intrebħet minn Ryan Gatt.
It-Teżorier tal-Malta Mountain Bike Association Edward Enriquez ippreżenta lir-rebbieħa bil-midalji tagħhom u rringrazzja lill-isponsors – Cisk 0.0 għall-appoġġ imprezzabbli tagħhom. L-Assoċjażżjoni rringrażjat il-folla entużjasta li appoġġat kull tellieqa bl-attendenza tagħhom, in-numru ta’ parteċipanti li dejjem jiżdied u naturalment il-voluntiera u l-awtoritajiet lokali għall-appoġġ immens u siewi tagħhom matul is-sena.
Cisk 0.0 National Points Series – Riżultati
Elite (5 Dawriet)
1st | Luke Borg (The Cyclist) | 1:12:29 |
2nd | Stefan Scerri (Gozo Cycling Club) | 1:12:39 |
3rd | Jason Vella (Agones SFC) | 1:14:05 |
Sport (3 Dawriet)
1st | Etienne Cutajar (Team Greens) | 0:48:33 |
2nd | Josmar Vella | 0:51:29 |
3rd | Ariel Cruz Diaz (Shamrock Stars) | 0:54:06 |
40+ (3 Dawriet)
1st | Stephen Grima (A.S.D. Team Competition) | 0:45:59 |
2nd | Justin Gauci (Mosta Cycling Club) | 0:47:08 |
3rd | Gordon Zahra | 0:49:04 |
50+ (3 Dawriet)
1st | Enrico Bradamante | 0:51:09 |
Nisa (3 Dawriet)
1st | Marie Claire Aquilina (Team Greens) | 0:51:02 |
2nd | Diana Muscat (Team Greens) | 0:53:59 |
3rd | Felicienne Cini (Gozo Cycling Club | 0:57:29 |