It-tiġrija inawgurali tal-Malta Mountain Bike Association tal-istaġun rat lil parteċipanti jgħatu prestazzjoni eċċitanti. Il-parteċipanti kienu taħlita ta’ talent emerġenti kif ukoll veterani li taw prestazzjoni b’saħħita, b’tali mod li din l-interazzjoni dinamika serviet bħala turija tal-kompetittività u ħila fi ħdan l-isport.
Iċ-Cisk 0.0 National Point Series hija maqsuma f’ħames partijiet, bl-ewwel tellieqa tinżamm-Miżieb. Ir-rotta, li hi waħda mill favoriti minħabba l-versatilità tat-terren, laqgħet ukoll numru ta’parteċipanti internazzjonali mil-Latvja u Ċipru.
Elite
Luke Borg, ma tilef l-ebda ħin biex juri d-dominanza tiegħu mill-bidu nett, u malajr stabbilixxa vantaġġ tajjeb. Warajh,Brandon Sultana, Clyve Chetcuti, u Jason Vella kienu qedin jiġġieldu biex jnaqqsu d-distakk. In-natura dinamika ta’ dawn it-tlielaq tara il-pożizzjonijiet jinbidlu matul. Stefan Scerri, li b’mod kostanti resaq il-quddiem, fejn kien qed jikkompeti ma’ Chetcuti għal post fuq il-podju. Sadanittant Borg żamm il-vantaġġ sat-tmiem, fejn spiċċa il-korsa b’vantaġġ ta’ minuta.
Intant, Scerri u Chetcuti baqgħu jimpenjaw ruħhom f’dwell sa l-aħħar. Fl-aħħar dawra, Scerri għadda lil Chetcuti biex kiseb it-tieni post b’distakk ta’ 16-il sekonda fuq Chetcuti.
(Photos credit – Kieran Borg)
Nisa
Diana Muscat marret fil-vantaġġ mill-bidu, segwita minn Lara Buttigieg u Fiona Tedesco. Muscat u Buttigieg żammew il-pożizzjonijiet tagħhom sal-aħħar biex ħadu l-ewwel u t-tieni post rispettivament. Filwaqt li Tedesco kienet qrib li tieħu t-tielet post, il-parteċipanta mill-Latvja Adele Balansa qabzitha fl-aħħar dawra biex kisbet postha fuq il-podju ta’ din il-kategorija.
Sport
Il-Latvjan Martins Mezsargs kien ir-rebbieħ ta’ din il-kategorija. Josmar Vella u Robert Grech ħadu it-tieni u t-tielet post. Waqt li Grech kien quddiem Vella fl-istadju inizjali tat-tellieqa, Vella qabżu biex ħa t-tieni post b’vantaġġ ta’ 25 sekonda.
40+
F’kategorija ikkontestata bil-qawwa, l-istadji inizjali raw lil Alex Portelli, Justin Gauci, u Liran Ben-Ari jistabbilixxu r-ritmu fuq quddiem tal-grupp. Madankollu, id-dinamika tat-tellieqa nbidlet b’mod drammatiku matul it-tieni dawra meta Joaquin Rojas qabiżhom u żamm il-pożizzjoni tiegħu fuq quddiem sal-konklużjoni tat-tellieqa. Ma’ Rojas qasmu l-podju Alex Portelli u Robert Zammit.
50+
Stephen Grima ħa vantaġġ komdu fil-kategorija fuq quddiem ta’ Gaetano Catania u Federico Sermarini. It-trio żamm il-pjazzamenti kollha biex ilestu l-podju tal-kategorija. Mario Zammit, ikkompeta fis-60+.
Kategoriji Junior
It-Tlielaq attirat numru parteċipanti żgħar. Fost l-akbar parteċipanti f’dawn il-kategoriji, l-Assoċjazzjoni nnutat li ħafna minn dawn ir-rikkieba ilhom jikkompetu minn età żgħira u qed jikbru fl-isport.
Fil-kategorija ta’ taħt id-19-il sena, James Vassallo, Kyle Scicluna u Saviour Vella ħadu posthom fuq il-podju. L-uniku parteċipant ta’ taħt is-17-il sena Ryan Gatt ta prestazzjoni tajba, filwaqt li l-kategorija ta’ taħt il-15-il sena kienet waħda miġġielda b’Neil Cassar, Liam Daly u Jake Refalo jieħdu l-unuri. Nina Debono, Katie-Anne Vella Wood u Kim Micallef Cann ħadu l-unuri fil-kategorija tal-Bniet U-15. Il-Kategorija ta’ Under 12 Boys rat lil Zac Bugeja jieħu r-rebħa segwit minn Kurt Grech u Nolan Tabone. Mickaya Fava telgħet fuq il-podju fil-kategorija tal-Bniet.
“Jekk il-ftuħ ta’ l-istaġun huwa ta’ indikazzjoni, ninstennew staġun eċċitanti quddiemna,” irrimarka Pierre Zammit Endrich, President ta’ l-Assoċjazzjoni. “Huwa tassew ta’ sodisfazzjon li naraw il-frott tal-isforzi tagħna biex nikkultivaw sport b’saħħtu matul is-snin. Li naraw liċ-ċiklisti żgħar jimxu ‘l quddiem fil-kategoriji hekk kif jimmaturaw fi ħdan il-komunità tagħna huwa partikolarment t’inkoraġġament”
Il-Malta Mountain Bike Association hija appoġġjata miċ-Cisk 0.0 Lager, Gatorade u San Michel. L-Għaqda rringrazzjat ukoll lill-FKNK għall-għajnuna tagħhom biex torganizza t-tellieqa fil-Miżieb. It-tellieqa li jmiss se ssir is-Sibt 23 ta’ Marzu.