Żewġ ċiklisti għawdxin, Stephen Grima u Brandon Sultana, taħt l-isem tat-tim Gaudos qed jieħdu sehem fl-Absa Cape Epic.
Din hi parteċipazzjoni storika hekk kif huma l-ewwel ċiklisti Maltin li qatt ħadu sehem f’din it-tiġrija. Kompetizzjoni mifruxa fuq tmien t’ijiem ta’ mountain biking li tkopri aktar minn 700km u 16,500 metri ta’ elevazzjoni.
It-tiġrija qed issir fl-Afrika t’Isfel u tinkludi sfidi tekniċi, stamina fiżika estrema u kundizzjonijiet klimatiċi li huma ferm diffiċli.
Iż-żewġ ċiklisti maltin temmew seba’ stadji minn tmienja, u llum il-Ħadd mistennija jaqħlqu b’suċċess l-aħħar jum ta’ din it-missjoni.
Minbarra dan, Stephen Grima se jkun l-ewwel malti li se jikseb it-titlu ta’ Epic Legend, u jidħol fil-Hall of Fame tal-Epic Series – serje internazzjonali li tinkludi tiġrijiet oħra bħall-Andorra Epic u l-Swiss Epic.
B’kollox f’din l-Absa Cape Epic ħadu sehem qrib is-720 tim minn madwar id-dinja.
