Hekk kif l-istaġun tal-2020 ikompli għaddej, il-Malta Mountain Bike Association kompliet tattira folla tajba kif wieħed seta jara il-Ħadd li għadda ġewwa il-Miżieb. It-tieni tellieqa tas-serje Trustmoore Cross Country rat kważi 90 parteċipant. Ta’ inkoraġġiment, kien il-preżenza b’saħħita minn rikkieba żgħar li ħadu sehem fil-kategoriji tal-Under 12 u l-Under 15. Dan inkluda kontinġent mdaqqas minn klabbs Għawdxin -Gozo Cycling Club, Shamrock Stars u TriGozo.
Minkejja bidu mgħaġġel fil-kategorija Elite li ra lil Mark Bonnici (Agones SFC), Mark Zammit (Mosta AF Sign Studio) u Etienne Bonello (Team Greens) fuq quddiem, kien Maurice Formosa (The Cyclist) ftit wara li mar fl-ewwel post sabiex iżomm postu fuq quddiem fil-klassifka tal-Elite. Madankollu, Formosa xorta għandu jżomm l-attenzjoni tiegħu fuq Brandon Sultana (Gozo Cycling Club) li qed jtejjeb il-prestazzjoni tiegħu ma kull tellieqa. Nhar il-Ħadd minuta biss isseparat liż-żewġ ċiklisti. Sultana wkoll kellu prestazzjoni assertiva minn Mark Zammit li b’mod ċar kien qed jipprova jagħmel tajjeb għad-diżappunt tal-ewwel tellieqa fejn tilef post fuq l-podju għal ftit sekondi. Fit-tmiem tas-sit dawrien tal-korsa, kienu Formosa, Sultana u Zammit li ħadu l-ewwel, it-tieni u t-tielet postijiet rispettivament.
L-akbar kategorija tal-ġurnata, l-kategorija sport, rat 21 parteċipant jieħdu sehem. Din it-taqsima ma kienitx mingħajr azzjoni – partikolarment minħabba n-numru ta’ problemi tekniċi u panċers tul it-triq. L-ewwel dawra rat lil Ariel Cruz (Shamrock Stars) imexxi il-grupp segwit minn Saviour Spiteri Peregin u James Hutchins (Mosta AF Sign Studio). Madankollu il-postijiet kienu qed jinbidlu u dan wassal biex Hutchins spiċċa l-ewwel. Huwa kien segwit minn Cruz u Gordon Zahra (BRC Wheel Wizard).
Fil-kategrija tal-fuq minn 40 sena, iċ-Ċiklista tal-Agones SFC, Dennis Dolci ħa postu fuq quddiem segwit minn Ramon Grech (Agones SFC) u il-veteran tat-Team Berria Racing Italia, Patrick Scicluna. Matul l-erba ‘dawriet, madankollu kien Scicluna li rreġistra l-aħjar ħinijiet u kompla jirreġistra t-tieni rebħa tiegħu għall-istaġun. Fit-tieni post Ramon Grech (Agones SFC) għamel l-almu tiegħu biex jagħti battalja tajba lil Scicluna. Fit-tielet post daħal Dennis Dolci, li ħa l-ewwel podju tiegħu għall-istaġun.
Fil-kategrija tal-fuq minn 50 sena r-rikkieb tal-Agones SFC, Enrico Bradamante, irreġistra rebħa b’vantaġġ ta’ kważi erba ’minuti fuq Gejtu Catania li daħal fit-tieni post. David Pace, li okkupa t-tieni post għall-ewwel nofs tat-tellieqa, ltaqa’ ma’ problemi tekniċi li rawh jiġri parti tajba mill-aħħar dawra iżda xorta rnexxielu jġib it-tielet post.
Fil-kategorija femminili, ħabta minuri fil-bidu tat-tellieqa rat lill Marie Claire Aquilina (Team Greens), li kella posta fuq quddiem, taqa lura u ċ-ċiklista l-oħra tat-Team Danica Bonello Spiteri tieħu l-vantaġġ inizjali. Madankollu, id-determinazzjoni u l-ħila ta’ Aquilina ratha terġa tieħu posta fuq quddiem sabiex tirbaħ it-tellieqa b’vantaġġ ta’ 6 minuti fuq Bonello Spiteri. Fiona Darmanin Tedesco (Mosta AF Sign Studio) temmet it-tellieqa inqas minn minuta u nofs wara u għalhekk spiċċat fit-tielet post.
Fil-kategorija juniors, kienet tellieqa bejn Clyve Chetcuti (Mosta AF Sign Studio) u Darren Sultana (Gozo CC). It-tellieqa rat lil Chetcuti jżomm postu fuq quddiem biex jirbaħ it-tellieqa.
It-tellieqa laqgħet ukoll grupp tajjeb ta’ċiklisti jipparteċipaw fil-kategorija Novice u numru ta’ żgħażagħ taħt l-età ta’15 u 12 il-sena. Dawn il-kategoriji kellhom korsa iqsar iżda madankollu xorta offriet sfida tajba.
Il-Midalji ġew ippreżentati lir-rebbieħa fit-tmiem it-tellieqa. Preżenti għaċ-ċerimonja kien ir-rappreżentant tal-isponsor ewlieni – Trustmoore, Stefan Sluijter li ħa sehem ukoll fil-Kategorija tal-Isport.
It-tielet tellieqa tat-Trustmoore Cross Country National Point Series isseħħ il-Ħadd 15 ta’ Marzu ser tinżamm ġewwa il-Park Nazzjonali tal-Majjistral. Iktar informazzjoni tinsab fuq www.maltamountainbike.org