Bħala riżultat ta’ diversi laqgħat u diskussjonijiet bejn il-Malta Sport Shooting Federation (MSSF) u l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), ġie ‘ffirmaw Memorandum of Understanding (MoU) bħala ftehim dwar diversi suġġetti li huma ta’ interess komuni bejn iż-żewġ Federazzjonijiet.
Ir-relazzjonijiet u l-kollaborazzjoni tajba li minn dejjem kien hemm bejn iż-żewġ organiżżazzjonijiet, issa ssaħħet permez tal-MoU, speċjalment meta llum hemm din il-ħtieġa minħabba diversi sfidi komuni li ġejjin mill-UE u li konsegwentement qegħdin jiffaċċjaw iż-żewġ organiżżazzjonijiet, bħall-projbizzjoni taċ-ċomb fil-munizjon u l-movement tal-armi tal-kaċċa u sportivi fil-Membri Stati.
Il-MoU ukoll jirrikonoxxi l-eskulssivita’ ta’ rappreżentanza lokali tal-ISSF (International Shooting Sport Federation) fil-każ tal-MSSF u tal-FITASC (Fédération Internationale de Tir aux Armes Sportives de Chasse) mill-FKNK u d-dixxiplini rispettivi.