Ftit tal-mumenti ilu ġie ffirmat Memorandum Of Understanding ta’ kooperazzjoni bejn il-Kamra tal-Kummerċ Maltija u dik Alġerina.
L-iffirmar sar waqt business forum fir-Rabat, fejn preżenti għalih kien hemm numru kbir ta’ delegati Maltin u Alġerini.
L-MOU isegwi ż-żjarat li saru mill-ogħla awtoritajiet Maltin fl-Alġerija, fosthom tal-President, u l-Prim Ministru Maltin.
Id-Deputat President tal-Kamra tal-Kummerċ Frank Farrugia, sostna li l-opportunitajiet jeżistu għall-Kamra tal-Kummerċ, għal Trade Malta u għal pajjiżna.
Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona sostna li r-riżultati llum il-ġurnata huma tanġibbli.
Dan hekk kif kumpaniji Maltin, speċjalment fis-setturi tal-manifattura u servizzi, qed jaħdmu, jew qed jippajanaw li jibdew joperaw, fl-Alġerija.
Id-Deputat President tal-Kamra tal-Kummerċ sostna wkoll li, filwaqt li l-Aġerija huwa pajjiż kbir, Malta għandha lokazzjoni tajba ħafna. Iżda mhux biss.
Waqt l-intervent tiegħu, il-President tal-Algerian Chamber of Commerce and Industry Mohammed Laid Benamor qal li f’Malta, id-delegazzjoni Alġerina ltaqgħet ma’ iktar nies minn kemm iltaqgħet magħom fl-Istati Uniti.
Spjega kif l-interessi, il-ħiliet u l-ekonomija taż-żewġ pajjiżi huma simili u jikkumplimentaw lil xulxin.