Wara li nedew il-Lamborghini Huracan Super Trofeo EVO2 il-ġdid tagħhom fit-tieni ta’ Diċembru tas-sena l-oħra f’Tas-Sliema, One Racing Team ta’ Ignazio Cannavo diġà rebħu l-ewwel kampjonat tagħhom.
Cannavo rebaħ il-klassi Extreme GT tal-kampjonat Taljan Time Attack, li kien jikkonsisti f’ħames rounds. L-ewwel u t-tieni rawnd kienu f’April f’Misano u r-Red Bull Ring fl-Awstrija; Cannavo spiċċa fit-tielet u fl-ewwel post, rispettivament. It-tielet rawnd f’Mejju f’Vallelunga spiċċa fir-raba’ post, ir-raba’ rawnd f’Monza f’Ġunju, u spiċċa t-tielet u l-ħames u l-aħħar rawnd f’Misano f’Ottubru spiċċa fir-raba’ post. Cannavo ġabar biżżejjed punti biex b’dawn ir-riżultati rebaħ il-Klassi Extreme GT.
Ignazio Cannavo huwa minn Siracusa, jgħix Malta, il-One Racing Team tiegħu, Reġistrat Malta u jsuq b’liċenzja maħruġa mill-Malta Motorsport Federation.