Wara tliet snin karting, Matteo Bartolo, li llum għandu 10 snin, għamel pass importanti ‘l quddiem fil-karriera tiegħu billi daħal fid-dinja tat-tlielaq b’karozzi single-seater. Kien wasal iż-żmien għalih li jesperjenza t-tlielaq tal-Formula, e ġie deċiż li ibda bil-Formula Predator.
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-ewwel konfront ta’ Matteo f’single-seater kien f’Caserta, l-Italja. Il-ġurnata inizjali kienet prova tal-adattabilità tiegħu hekk kif ffamiljarizza ruħu mal-karatteristiċi u t-tagħmir tal-karozza, inklużi s-sitt gerijiet imħaddma minn paddle shifters u s-sistema tal-klaċċ. Kellu wkoll jitgħallem diversi fatturi tal-istering u jimmaniġġja t-temperatura tal-magna, li kollha ghamilhom b’kalma notevoli.
Minkejja dan kollu, Matteo wera fiduċja notevoli mill-bidu nett. L-ewwel sessjoni tiegħu kienet impressjonanti; hu saq l-korsa mingħajr ebda żball u rċieva kummenti pożittivi mill-kowċ tal-akkademja u mill-mekkanik. Dan il-bidu sod kien xhieda tal-adattabilità u l-ħila ta Bartolo.
Minkejja li x-xita persistenti kienet ta’ sfida, Matteo xorta rnexxielu jitgħallem hafna. Bil-gwida tal-kowċ u l-għajnuna ta’ filmati, huwa kiseb fehim aktar profond tal-imġieba tal-karozza f’kundizzjonijiet imxarrba, u wera l-kapaċità tiegħu li jitgħallem u jadatta malajr.
Din l-esperjenza kienet ta’ benefiċċju enormi. Il-prestazzjoni ta’ Matteo tidher promettenti għall-futur tiegħu fit-tlielaq tal-Formula.