It-team internazjonali Malti Team Maximum Lock ħa jibda l-istaġun 2023 fuq nota pożittiva ħafna, dan għaliex diġa ġew mistiedna jsuqu f ‘bosta trakek madwar l-Ewropa. F’dan ix xahar se ikunu qed itellgħu tnax(12) -il spettaklu ta` sewqan bi preċiżjoni u stunts fl-akbar fiera tal Motorsport fl-Ewropa (Autosport International) bejn it-12 u l-15 ta Jannar fejn mistennija jattendu 250k spettatur.
Din is-sena se tkun waħda ta rekord għal Team Maximum Lock, fejn it-tim kompost minn Christian Bezzina, Clint Abela, Mark Galea u Bruce Fenech se jkun qiegħed jagħti rekord ta wirjiet ta`sewqan bi preċiżjoni flimkien ma l-aqwa stunt drivers fid-dinja gewwa trakek prestiġġjuzi madwar l-Ingilterra fosthom Brands Hatch, Santapod Raceway, Donington Park u ġafna ohrajn.
Għat-tnax (12) -il sena konsekuttiva numru kbir ta’ spettaturi huma mistennija li jattendu għal wirjiet tat-tim malti li llum huwa meqjus fost l-aqwa fl-Ewropa. Bosta jibqgħu imsaħħra bil-preċizjoni liema bħalha li minkejja l-veloċita jirnexxielhom jikkontrollaw l-karozzi.
Għal dawn l-aħħar tnax -il sena Team Maximum Lock taw eluf ta spettakli f’Malta, fl-Ingilterrra, l-Italja, Grecja u saħansitra fiċ-ċirkwit tal-Formula Wiehed ġewwa il-Bahrain. Bezzina, Abela, Galea u Fenech huma ppreparati għal aktar suċċessi hekk kif permezz tat-talent tagħhom fis-sewqan bi preċiżjoni jkomplu ixejjru l-bandiera Maltija kull fejn imorru.
Min jixtieq isegwi dan it-tim aktar mill-viċin jista jidħol fis-sit uffiċjali www.teammaximumlock.com jew il paġna ta Facebook taghhom bl-isem Team Maximum Lock stunts.
Għal dan is-suċċess Team Maximum Lock jiringrazzjaw lil kull min kien ta sostenn għalihom forsthom il familjari, kif ukoll numru ta sponsors – Enemed, Visit Malta, Prospeed Parts, Sparco, Munchies, Coleiro General Sales Ltd, Malta Classic Car Museum, Gmolton, Motorsmt, Ondroad, u Motordrome.