Is-Sibt 19 u l-Ħadd 20, is-sewwieq Malti Warren Sciberras, kien fi Snetterton Circuit fir-Renju Unit jikkompeti fis-Snetterton Saloons. Dan kien weekend ieħor pożittiv għal Sciberras hekk kif spicca fit-3 post tal-klassi tiegħu u fit-8 post minn 36 karozza.
Mar-ritorn tiegħu Malta, Sciberras qal, “Din kienet l-aħjar tiġrija internazzjonali li kelli s’issa u kuntent ngħid li t-tim tiegħi hu kburi ħafna bil-prestazzjoni tiegħi; Baqa ħafna x’nitgħallem. Irrid nirringrazzja lill-isponsors tiegħi, l-Enemed, T4 Motorsport, u l-Malta Motorsport Federation”.
Sciberras saq is-Seat Leon Cupra TCR tat-T4 Motorsport mibnija għall-Kampjonat Brittaniku ta’ Endurance, TCR UK u Snetterton Saloon Championships.
Sciberras se jirritorna fir-Renju Unit ix-xahar id-dieħel.