Is-sewwieq Malti Warren Sciberras jingħaqad ma’ T4 Motorsport għal Snetterton Saloons Races
Wara ġurnata tat-test b’ suċċess f’Snetterton l-Erbgħa 24 ta’ Awwissu, T4 Motorsport ħabbru li Warren se jingħaqad mat-tim tagħhom għat-tiġrijiet ta’ Snetterton Saloon ta’ tmiem il-ġimgħa fi Snetterton. It-tiġrija hija tellieqa endurance ta’ sagħtejn u Warren se jkun qed jsuq flimkien ma’ Mark Havers.
Warren diġa saq kampjonati differenti fl-Ewropa u diġa saq BMW ta’ Mark Haver is-sena l-oħra. Issa saq it-TCR Cupra tat-T4 Motorsport u wera li lest għal din l-isfida.
Warren qiegħed isuq bl-appoġġ tat-T4 Intelligent Infrastructure.